Futbol Sport

Mellieħa SC b’ġemellaġġ ma’ Ragusa Boys

L-iskola tal-futbol tal-Mellieħa SC, ftit tal-ġranet ilu nediet proġett ta’ ġemellaġġ mal-iskola tal-futbol minn Sqallija, Ragusa Boys.

Dawn it-tnejn se jkunu qed jikkolaboraw flimkien kemm mill-aspett tekniku billi joffru esperjenzi u skambji lill-players u kowċis rispettivi, flimkien ma’ parteċipazzjonijiet favvenimenti ta` xulxin.

Żewġ skwadri Melleħin ta` taħt it-8 u 9 snin, akkumpanjati minn delegazzjoni tal-kumitat u bosta ġenituri, ipparteċipaw f`tournament bejn 6 timijiet, organizzat f’Ragusa fejn ħadu esperjenza ġdida filwaqt li ġabu riżultati tajbin ħafna.

Fil-futur Ragusa Boys mistennija jżuru Malta u jipparteċipaw ġewwa tournament annwali li jorganizzaw il-Mellieha, filwaqt li xi kowċis ser ikunu qed iżuru Malta,biex jagħtu xi taħriġ fl-iskola tal-futbol tal-Mellieħa.