Formula 1 Sport

Penalità ta’ għaxar postijiet għal Leclerc

(Ritratt: EPA)
Il-Grand Prix tal-Brażil issir fi tmiem il-ġimgħa

Ferrari kkonfermaw li Charles Leclerc se jkollu penalità ta’ 10 postijiet għall-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa fil-Brażil. Leclerc li għandu 22 sena, għandu bżonn magna ġdida wara problema li sofra minna fil-Grand Prix tal-Istati Uniti u b’hekk se jkunu qabżu n-numru permessibbli kull staġun.

Il-problemi ta’ Leclerc fiċ-ċirkwit ta’ Austin nibtu fl-aħar sessjoni ta’ prattika u għall-kumplament tal-ġimgħa kellhom jużaw magna eqdem. B’hekk fil-Brażil se jkollu verżjoni ġdida tal-aħħar magna. Ferrari ma speċifikawx liema element tal-magna ġiet mibdula.

Tags