Futbol Sport

Salah se jitlef il-logħbiet tal-Eġittu

(Ritratt: EPA)
L-Eġittu se tilgħab żewġ logħbiet kontra l-Kenja u l-Comoros

Mohamed Salah se jitlef il-logħbiet tal-Eġittu kontra l-Kenja u l-Comoros minħabba uġigħ fl-għaksa. L-Eġizzjani kkonfermaw l-aħbar b’ritratti ta’ Salah jilbies protezzjoni fuq l-għaksa x-xellugija.

Salah skorja fir-rebħa li Liverpool kellhom fuq Manchester City il-Ħadd li għadda, qabel ġie mibdul fis-87 minuta. Hu kien ilu jsofri ftit uġigħ fl-għaksa mir-rebħa kontra Leicester fil-5 ta’ Ottubru u kien mibdul lejn it-tmiem fir-rebħa kontra Tottenham ġimagħtejn ilu.

L-Assoċjazzjoni Eġizzjana qalet li l-Eġizzjan wera x-xewqa li jilgħab għal pajjiżu, iżda tħabbar li mhux se jilgħab wara laqgħa bejn it-tabib tat-tim nazzjonali, il-kowċ u l-captain tat-tim. Il-logħba li jmiss ta’ Liverpool hi kontra Crystal Palace fit-23 ta’ Novembru.

Tags