Diversi residenti ta’ Santa Luċija spiċċaw “priġunieri f’darhom” u lanqas biss jistgħu joħorġu mill-garaxxijiet. Dan minħabba l-volum enomri ta’ traffiku li sa minn kmieni dalgħodu inġabar fl-inħawi. L-istess sitwazzjoni esperjenzawha in-nies ta’ Ħal Tarxien, u anke xi residenti ta’ Raħal Ġdid li jgħixu fix-xaqliba ta’ Santa Luċija.
Is-sitwazzjoni kompliet tigrava din il-ġimgħa wara li Infrastructure Malta għalqet ir-rotta lejn il-Marsa.
Sewwieqa li tkellmu magħna qalulna li t-traffiku kien ilu jinġema’ sa mis-6am, bil-konġestjoni tal-karozzi ma taqta’ xejn.
