Lokali Parlament

Simon Busuttil jakkuża lil Joseph Muscat b’kompliċità

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil akkuża lill-Prim Ministru Joseph Muscat li la baqa’ ma ħax passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi allura hu wkoll kompliċi magħhom.

Fl-Aġġornament tal-parlament qal li nhar it-Tnejn inkitbet paġna fl-istorja tal-pajjiż fejn kull deputat u kull ċittadin jista’ jgħid lil Keith Schembri li hu korrott u la Joseph Muscat ħallih hemm, allura hu korrott daqsu. La l-Prim Ministru u lanqas Keith Schembri ma jistgħu jgħidu xejn.

Keith Schembri ċeda l-armi u ċeda l-kawża kontrih għaliex beża’ jiddefendi lilu nnifsu u għax ma setax jiddefendi lilu njfisu. Dak li qed ngħid jien, kien u għadu l-veirtà, sostna Simon Busuttil, li kompla li nhar it-Tnejn konna biss pass ‘l bogħod milli Keith Schembri jkun arrestat wara li ma riedx iwieġeb il-mistoqsijiet tal-qorti. Dak li seħħ fil-qorti kien bla peċedent.

Simon Busuttil semma’ l-akkużi li hu għamel fuq Keith Schemrbi li se jdaħħal €5000 kuljum u qal li Keith Schembri beża’ jwieġeb. Kieku dak li seħħ nhar it-Tnejn seħħ f’pajjiż ieħor tal-UE, kienu kien jaqa’ l-gvern, kien jiġi arrestat iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, kien jiirrenzja l-Prim Ministru u kien ikun interrogat il-Prim Ministru. Hu staqsa għaliex f’Malta dan ma jisrx u qal li f’Malta hawn problema gravi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu qatt ma esperjenza dak li seħħ fil-qorti nhar it-Tnejn li għadda. Hu spjega li l-każ beda wara li fi Frar 2016 Daphne Caruana Galizia kixfet lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama. Dan kien konfermat mil-leaks tal-Panama Papers li kixfu diversi politiċi madwar id-dinja u li wasslu għal riżenji kullimkien; mill-Iżlanda sal-Pakistan.

Simon Busuttil kompla li l-poplu ma kienx jaf l-istorja kollha iżda hu kien ikkonkluda dak li seta’ jikkonkludi dwar l-iskopijiet ta’ kumpaniji fil-Pamana. Dawn il-flus kienu qed jinġiebu mill-korruzzjoni. Dakinhar hu kien sejjaħ protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni li fiha pparteċaw eluf li anki llum huma xxukkjati b’dak li seħħ nhar it-Tnjen.

Fil-protesta hu kien qal li jekk dawn inqabdu b’kumpanija sigrieta allura kien hemm xamma ta’ korruzzjoni. Simon Busuttil kien iddikjara li kieku kien iċ-Chief of Staff jew ministur tiegħu li fetħu kumpaniji fil-Panama kien ikeċċiehom immedjatament. Issa ngħatajt raġun, sostna Simon Busuttil, li kompla li Keith Schembri kien fetaħlu libell fl-1 ta’ April 2016.

Simon Busuttil kompla li Keith Schembri kien fetaħlu libell għax qal li Simon Busuttil kien akkużah b’atti ta’ korruzzjoni, issa la waqqgħu allura veru li involut f’atti ta’ korruzzjoni.

Hu qal li Keith Schembri dam sena u nfos biex jitla’ jixhed u meta fl-2017 tela’ jixhed kien propju meta nqalet Daphne; fis-16 ta’ Ottubru. Dakinhar waranofsinhar Daphne kienet tellgħet blog propju fuq ix-xhieda ta’ Keith Schembri fejn qalet li dak il-ħalliel Schembri kien il-qorti jipprova jgħid li mhux ħalliel. Ftit minuti wara, Daphne ħarġet mid-dar biex tmur tkellem lill-bank għax flusha kienu iffriżati minn Chris Cardona. Daphne inqatlet hekk kif telqet mid-dar. L-assassinju tagħha bidel il-karattru ta’ Malta u tad-demokrazija Maltija; l-affarijiet tbiddlu minn dakinhar.

Simon Busuttil qal li dik ma kinitx l-aħħar tal-istorja għaliex Keith Schembri irrifjuta li jagħti t-tweġibiet. Schembri kien mitlub biex jitla’ jwieġeb iżda dam sentejn biex jitla’ għall-kontro-eżami. Hu tela’ għax il-qorti ordnatlu jitla’ bilfors.

F’April 2019 inkixfet email ta’ Karl Cini li żvelat li l-kumpaniji fil-Panama kienu se jirċievu €5000 kuljum. Hu qal li l-kumpaniji sigrieti infetħu għall-korruzzjoni u kompla li f’Novembru 2018 kien stabbilit li 17 Black hi ta’ Yurgen Fenech, sid il-power station. Dan kien se jagħti €5000 kuljum lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. Il-gravita ta’ dawn l-affarijiet tant hi kbira li tistaqsi kif għadhom hemm dawn in-nies.

Id-deputat Nazzjonalista qal li issa Keith Scembri ma jistax jiċħad l-akkużi għax ċeda l-kawża u kompla li nhar it-Tnejn Keith Schembri daħal il-qorti b’madwar 10 persuni miegħu. Meta tela’ kien determinat li ma jixhidx u mill-ewwel ġie bl-ostakli billi ħoloq skuża wara l-oħra biex ma jweġibx il-mistoqsijiet.

Simon Busuttil qal li l-qorti aġixxiet b’serjetà kbira u nsistiet li tkompli tisma’ l-kawża. Keith Schembri pprova jwaqqaf il-kawża għax qal li jekk iwieġeb jinkrimina lilu nnifsu. Sinjal allura li għandu għaliex jinkirma lilu nnifsu.

Keith Schembri qal li kien se jappella wkoll minn dik id-deċiżjoni iżda l-maġistrat ċaħad. Minkejja dan, Keith Schembri tralab ukoll li l-kawża tieqaf minħabba li qal li qed jinkisru d-drittijiet fundamentali tiegħu. Meta l-qorti qaltlu le biex iwaqqaf il-kawża, Keith Schembri kellu jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda biex iwieġeb fuq ordni tal-qorti.

L-ewwel mistoqsija saret mill-avukat Jason Azzopardi dwar ir-rabta li għandu fil-buiness plan mal-kumpanija 17 Black u McBridge. Keith Schembri wieġeb li kellu parir biex ma jixhidx għax jista’ jinkrimina lilu nnifsu u għax qed iwieġeb fl-inkjesta. Il-qorti ordnatlu jwieġeb iżda Schembri reġa’ ta l-istess skuża. Il-Qorti reġgħet ordnatlu biex iwieġeb iżda Schembri baqa’ ma weġibx. Għat-tielet darba l-Qorti wissietu li hemm konsegweni jekk ma jweġibx fuq ordni tal-qorti.

Dan ifisser li l-iskuża ta’ Keith Schembri l-qorti warrbithom. Il-qorti wissietu ħames darbiet biex iwieġeb mistoqsija dwar konnessjonijiet ma’ 17 Black. F’dan il-mument il-Qorti qalet li se tagħti ordni u l-maġistrat beda jiddetta digiret li seta’ biss ikun digriet li jkun arrestat iċ-Chief of Staff. Iżda l-avukati ta’ Keith Schembri waqqfu lill-Maġistrat u wara ftit ċedew il-kawża.

Keith Schembri kellu għażla li jew imur il-ħabs jew iwieġeb iżda minflok ċeda l-armi u għalhekk ammetta li dak li ilha tgħid l-Oppożizzjoni mhu xejn ħlief fil-verità. Dan ifisser li dak li qalu hu u Daphne kien il-verità. Dan ifisser ukoll li veru kienu se jieħdu l-flus mingħand Yurgen Fenech.

Id-deputat Nazzjoanlusat qal li dawn se jieħdu €5000 kuljum minn fuq il-poplu Malti u sostna li Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhom jirriżenjaw jew jitkeċċew. Anki l-Prim Ministru li hu responsabbli magħhom, daqshom; jekk mhux ukoll kompliċi magħhom.

Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru ddikjara li se jżommhom hemm u din turi li dan hu kompliċi magħhom. Jekk għandek iċ-Cheif of Staff tiegħek korrott allura int korrott bħalhom: ħsibtu se jibki u jqattar ftit dmugħ tal-kukkudrilli. Meta ma nstabux provi fuq Egrant, il-Prim Ministru beka… mela kemm għandu jibki issa.

Il-Prim Ministru infixel meta staqsewh ta’ min hi l-kumpnaija McBridge; li jaf biha Keith Schembri. L-email issemmi kemm lil 17 Black kif ukoll lil McBridge. Il-Prim Ministru gideb meta qal li ma jafx ta’ min hi McBridge. Il-Prim Ministru żelaq ukoll meta kien mistoqsi meta ltaqa’ ma’ Yurgen Fenech. Hawn il-Prim Ministru infixel għax hemm xi ħaġa tinten u qal li ilu xi sena jew sentejn li tlaqa’ ma’ Yurgen Fenech. Hu sfida lill-Prim Ministru meta ltaqa’ l-aħħar ma’ Yurgen Fenech u fejn kien meta ltaqa’ miegħu.

L-imġieba tal-Prim Ministru turi li hemm xi ħaġa ħażina; imma kif ma jirriżenja ħadd f’dan il-pajjiż! Xi jrid jiġri biex il-Kummissarju jinterroga lil xi ħadd. Dawn m’huma se jagħmlu xejn għax jafu li jekk jitilqu se jkunu arrestati. Qed jibqgħu fil-poter propju għalhekk, sostna Simon Busuttil, li qal li l-poplu għandu tama ġdida iżda għandu rabja kbira għal Keith Schembri. Anki l-Laburisti ġenwini jafu li hu qed jgħid il-verità u dawn qed iduru fuq id-deputati u jistaqsu min se jagħmel xi ħaġa. Kollox hu maħtuf! Il-poplu jdur fuq il-parlamentari taż-żewġ naħat; fejn anki d-deputati Laburisti għandhom responbabiltà x’iġorru.

Il-poplu qed idur fuq id-deputati u jistennwe mill-Opożizzjoni li turi l-għadab tagħha biex titlob ir-riżenji kif mistħoqq. Hu qal li Repubblika se tfakkar lil Daphne nhar is-Sibt u se ssejjaħ protesta fis-7 pm fil-Belt. Hu sellem lil Repubblika u żied li n-nies qed jistennew li anki l-Oppożizzjoni tagħmel protesta. In-nies iduru fuq il-media għax-xogħol tagħha bħala pilastru fuq id-demokrazija. In-nies qed iduru fuq il-ġudikatura bies ma jibżgħux mill-ġustizzja. Hemm tliet inkjesti li fihom hu involut Keith Schembri.

In-nies qed iduru wkoll fuq l-Ewropa għaliex il-gvern mhux jagħmel xejn. In-nies jistannew azzoni mill-Ewropa. Hu qal li jifhem it-tama tan-nies u sostna li kull wieħed għandu sehem x’jagħti fejn il-gvern korrott qed jitħalla jibqa’ għaddej minn fuq kulħadd qisu xejn m’hu xejn.

Id-deputat Nazzjonalista appella lin-nies biex ma jaqtgħux qalbhom u qal li Daphne kellha l-kuraġġ li tiġġieled kontra l-korruzzjoni u għas-sewwa. Hu qal li lil Daphne qatluha iżda l-verità li kixfet rebħet. Il-verità telgħet f’wiċċ l-ilma; se nibqgħu niġġieldu għall-verità. Mhux se naqtgħu qalbna għax nafu li qed niġġieldu għal dak li hu sewwa; nafu li s-sewwa jirbaħ żgur.