Sport Sport Ieħor

Sue Abela tikseb riżultati pożittivi fl-Open ta’ Ġibiltà

Il-veterana Sue Abela kompliet tikseb aktar riżultati pożittivi fl-Open ta’ Ġibiltà. Hi kisbet l-ewwel post fil-kategorija tal-veterani tan-nisa b’medja ta’ 203 u spiċċat fil-ħames post f’kompetizzjoni mħallta bejn irġiel u nisa b’medja ta’ 196. Abela ngħaqdet ma’ Rob Thurlby biex rebħet il-mixed doubles.