Xogħolijiet fit-triq ta’ Burmarrad qed mhux biss joħolqu inkonvenjent, imma huma wkoll ta’ periklu għas-sewwieqa u għal vetturi tagħhom.
Dan hekk kif jixhed ir-ritratt, fit-triq fejn qed isiru x-xogħolijiet qed jiżbukkaw toqob fit-tarmac, li qed ipoġġu lill-vetturi li jsuqu minn fuqu f’riskju li jagħmlu ħsara lit-tyres.
Dan minbarra li x-xogħlijiet issa ilhom ikarkru ħafna xhur, u sa issa għadu tlesta biss nofs ix-xogħol.
Agħar minn hekk, persuni li tkellmu ma’ Netnews.com.mt qalu li ilhom aktar minn 5 xhur ma jaraw ħaddiem jagħmel imqar kwarta xogħol fuq din it-triq. Xi ħaġa li tkompli tiffrustra aktar lir-residenti tal-inħawi u lil dawk kollha li jagħmlu użu minn din it-triq.
//= $special ?>