Arsène Wenger se jirritorna fil-futbol hekk kif inħatar bħala l-kap tal-iżvilupp globali tal-futbol tal-FIFA. Din hi l-ewwel ħatra ta’ Wenger minn meta ħalla lil Arsenal fi tmiem l-istaġun 2017/18 wara 22 sena fit-tmexxija tal-klabb minn Londra. Din id-deċiżjoni ttemm spekulazzjoni li seta’ jsir il-kowċ ta’ Bayern Munich.
Wenger li għandu 70 sena, se jkun qed imexxi l-attivitajiet b’rabta mal-iżvilupp tal-futbol madwar id-dinja. Ir-responsabbiltà tiegħu hi li jsegwi l-programmi edukattivi tal-kowċis, tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-kowċis.
Il-Franċiż se jkollu l-awtorità fuq materji tekniċi tal-panel tal-FIFA fl-International Football Association Board. Hemm isiru l-proċessi biex jittieħdu d-deċiżjonijiet u anki bidliet li jistgħu jsiru fir-regoli tal-logħba. Hu se jmexxi wkoll study group tekniku.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Wenger qal li l-FIFA fl-aħħar snin spikkat kif għandha l-isport f’qalbha u hi determinata li tiżviluppa l-logħba f’diversi setturi. Hu żied li jaf li jista’ jagħti kontribut għal dan l-objettiv u se jpoġġi l-enerġija kollha tiegħu f’dan il-proġett.
//= $special ?>