Lokali Parlament

Ebda sostenibbiltà ambjentali…fil-pajjiż hawn karba u rabja kbira

  • Claudette Bttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Cluadette Buttigieg sostniet li l-pajjiż mhux qed jikkunsidra l-importanza tas-sostenibbiltà ambjentali.

Fil-parlament Claudette Buttigieg tkellemt dwar is-sotenibbiltà fl-ambjent u fakkret li fid-dinja hawn deficit ambjentali. Bħalissa hawn karba kbira mbjentali mill-poplu Malti li l-gvern jidher li mhxu qed jisma’. Il-punt prinċipali llum hu l-kwalità tal-ħajja li qed jgħix il-poplu Malti. Irid ikun ikkunsidrat kemm hi sostenibbili li d-dar fl-irħula jitwaqqgħu u jinbnew appartamenti. Illum l-istil ta’ ħajja li kellu l-poplu Malti qabel ma tistax terġa’ tinġieb lura.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li s-sitwazzjoni mhix biss ta’ ħolqien ta’ awtorità li tirreogla fil-pajjiż u spjegat kif kien Gvern Nazzjonalista li wara l-ġungla li sab fl-1987 waqqaf l-Awtorità tal-Ippjanar. Illum is-sitwazzjoni hi li l-awtoritajiet fl-ippjanar u fl-ambjent mhux jiffunzjonaw kif suppost.

Claudette Buttiieg semmiet ir-rabja għall-każ tal-permessi f’ODZ fil-Qala u sellmet lid-deputati Ran Callus u Marthese Portelli li rriżenjaw mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Awtorità tal-Artijiet minħabba li l-mod kif kienu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet. Hi appellat biex ma jsirx żvilupp fin-Nigret fiż-Żurrieq għaliex mhux se jifdal art naturali.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li llum il-pajjiż m’għandux limitu u qed jiżviluppa kullimkien akkost ta’ kollox. Din ir-rata mhix sostenibbli, sostniet Claudette Buttigieg, li kkritikat il-mod kif qed tonqos il-preżenza tan-natura fil-pajjiż.

Claudette Buttigieg staqsiet jekk il-pajjiż kien preparat għall-influss kbir ta’ persuni barranin u qalet li ma kien hemm pjan lanqas fis-settur tas-saħħa. Hi qalet li l-pajjiż ma jistax jibqa’ jagħlaq għajnejh għax hawn min qed idaħħal flus tajba. Mhux tingħata attenzjoni għas-sostenibbiltà ambjentali tal-pajjiż, sostniet Claudette Buttigieg.