Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena seħħew total ta’ 4,187 inċident fit-toroq ta’ pajjiżna; żieda ta’ 14.5% meta wieħed iqabbel mal-istess perijodu s-sena li għaddiet.
Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika li kienet ippubblikata illum mill-NSO, fejn joħroġ ċar illi l-akbar ammont ta’ inċidenti tat-traffiku seħħew fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
L-istatistika għat-tielet kwart tas-sena 2019 turi li kellna 3 persuni li mietu f’inċidenti tat-traffiku. F’każ wieħed biss il-vittma kien sewwieq; l-oħrajn kienu passiġġier u persuna li ittajret fit-triq.
Tnejn minn dawn il-fatalitajiet seħħew f’Għawdex.
Bħala total, fl-ewwel 9 xhur tas-sena t-toroq Maltin ħallew għaxar vittmi.
Bejn Lulju u Settembru kien hemm total ta’ kważi 450 persuna li weġġgħu f’inċidenti tat-traffiku, b’39 ikunu sewwieqa li ġarrbu ġrieħi gravi.
L-akbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku kien rappurtat f’Birkirkara.
//= $special ?>