Lokali

Iffirmata, issiġillata u kkonsenjata; Il-liġi tal-Fruntiera tal-UE ta’ Metsola tidħol fis-seħħ

10,000 gwardja tal-fruntiera ġodda tal-UE; Miżuri ġodda biex itejbu r-ritorn tal-immigranti

Il-liġi l-ġdida li tiggarantixxi 10,000 gwardja ġdida tal-fruntiera fil-fruntieri esterni tal-Ewropa, u li se ttejjeb ir-ritorn ta’ immigranti irregolari, miktuba u nnegozjata mill-Membru Malti tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, ġiet iffirmata u mdaħħla fil-liġi Ewropea aktar kmieni llum f’ċerimonja fil-Parlament Ewropew.

Wara ċ-ċerimonja tal-iffirmar, l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola qalet, “Kemm inħossni kburija li ninsab hawnhekk illum, hekk kif wettaqt il-wegħda li jiena għamilt qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew mal-poplu Malti u Għawdxi. Matul il-proċess kollu, il-prinċipju li ggwidana kien li inkunu ġusti ma’ dawk li għandhom bżonn protezzjoni, sodi ma’ dawk li mhumiex eliġibbli u ħarxa ma’ dawk li qed ifittxu li jisfruttaw l-iktar nies vulnerabbli fuq il-pjaneta. Din il-liġi propju tindirizza dan. ”

“Kemm inħossni kburija li ninsab hawnhekk illum, hekk kif wettaqt il-wegħda li jiena għamilt qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew mal-poplu Malti u Għawdxi. Matul il-proċess kollu, il-prinċipju li ggwidana kien li inkunu ġusti ma’ dawk li għandhom bżonn protezzjoni, sodi ma’ dawk li mhumiex eliġibbli u ħarxa ma’ dawk li qed ifittxu li jisfruttaw l-iktar nies vulnerabbli fuq il-pjaneta. Din il-liġi propju tindirizza dan. ”

Il-MPE Metsola qalet, “Din il-liġi l-ġdida tfisser li, minkejja li ltqajna ma kull xorta ta’ ostakli, wasalna biex issa għandna forza ġdida ta’ 10,000 gwardja tal-fruntiera u persunal operattiv għall-preżent u għas-snin li ġejjin. Dan huwa l-ammont li għandna bżonn biex inħarsu l-fruntieri tagħna, nagħtu spinta lill-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, niżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u ngħinu fl-immaniġġjar tal-immigrazzjoni. “

Il-MPE Metsola, li kienet il-leħen ewlieni dwar il-immigrazzjoni u s-sigurtà fil-Parlament Ewropew, żiedet, “Li niżguraw il-fruntieri esterni tagħna u niżguraw li l-Istati Membri jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom, hija xi ħaġa assolutament importanti biex nagħqdu l-puzzle tal-immigrazzjoni. Naturalment, din mhijiex l-unika soluzzjoni li ser issolvi kollox, imma hija pass meħtieġ li għandu jittieħed id f’id ma’ oħrajn. B’dan il-pass importanti, f’każ ta’ kriżi simili bħal dik li rajna fl-2015, pajjiżi fil-fruntieri esterni, inklużi pajjiżi bħal Malta, jistgħu jitolbu l-iskjerament tal-forza ta’ intervent rapida biex tgħin u ttaffi l-piż minn fuq pajjiżi tal-fruntiera.”

“Minnbarra li din il-liġi ser tintroduċi korp permanenti ġdid ta’ 10,000 persuna addizzjonali, din il-liġi tfisser ukoll li se titjieb b’mod drammatiku l-effettività tal-operazzjonijiet ta’ ritorn tagħna għal dawk in-nies li mhumiex eliġibbli għall-protezzjoni. Din l-aġenzija l-ġdida issa ser tgħin lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ immigranti irregolari, tgħin fil-valutazzjoni u l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u tgħin fir-ritorn tagħhom lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom “, ikkonkludiet l-Ewro Parlamentari Metsola.