Raġel sofra ġrieħi serji aktar kmieni dalgħodu f’inċident li seħħ fi Vjal De Paule, Ħal Balzan.
Il-Pulizija marru immedjatament fil-post wara rapport li persuna waqgħet minn xi għoli f’sit ta’ kostruzzjoni. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Indjan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ minn xi għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fl-imsemmi sit.
Il-vittma kien assistit minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>