Fil-jiem li għaddew fil-Badger Karting f’Ta’ Qali, ġiet organizzata l-preżentazzjoni tal-kampjonat Karting Club Malta. Din il-preżentazzjoni kienet organizzata mill-President tal-klabb Tonio Mizzi u għaliha kien hemm il-kompetituri tal-kampjonat f’atmosfera familjari. Mizzi rringrazzja lil kull min kien involut għal kull tellieqa li saret.
Mizzi ħabbar li ntlaħaq ftehim ma’ dawk kollha konċernati biex il-kampjonat tas-sena d-dieħla jerġa’ jsir fuq l-istess mudell ta’ din is-sena fil-Badger Karting. B’hekk il-kampjonat se jkollu s-sapport tal-Federazzjoni kif ukoll se jerġgħu jintużaw is-servizzi tal-uffiċjal Taljan Dario D’Anastasi.
//= $special ?>