Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) kellhom jintervjenu b’urġenza fil-limit ta’ Tas-Sliema wara li ftit tal-ħin ilu seħħ inċident li fih kien involut trakk li fuqu kellu ċilindri tal-gass u l-ossiġnu.
Net News hu infurmat li dan it-trakk inqaleb fit-triq li twassal lejn it-telgħa magħrufa bħala Tal-Klarissi, fi Triq Reġjonali.
Għal xi ħin, is-sewwieq kien maqbud fuq ġewwa tat-trakk, tant li kien meħtieġ intervent immedjat mis-CPD. Hu inħareġ qawwi u sħiħ, u ġie kkurat minn tim mediku li wasal fil-post b’ambulanza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11am.
