Lokali Qorti

Jintbagħat lura l-Ghana wara li seraq rota

Daniel Appau ta’ 30 sena ġie orndat mill-Qorti biex jitlaq minn pajjiżna.

Dan wara li ingħata sentenza ta’ 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.

Appau, li hu mill-Ghana, instab ħati mill-Magistrat Natasha Galea Sciberras li nhar it-Tnejn seraq rota li tiswa €2,500 minn quddiem il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Hu wieġeb ħati għall-akkużi.

Il-Ghaniż irritorna r-rota misjuqa.