Dawn il-policies qed iwasslu għall-abbużi ambjentali
- Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li minkejja l-kritika li l-Prim Ministru qed jagħmel, kien il-gvern Laburista immexxi minnu stess li bidel dawn il-polices li llum qed jintużaw għall-abbużi fl-ambjent.
Fil-parlament Robert Cutajar kkritika l-permess f’art ODZ fil-Qala u qal li dan kien ripetut fil-Mellieħa meta kienet approvata lukanda fid-daħla tal-Mellieħa propju f’żona residenzjali. Dawn huma l-istess persuni li approvaw dawn l-applikazzjonijiet fosthom ir-rappreżentant tal-gvern. Fiż-żewġ applikazzjonijiet kien hemm ukoll min wera li għad għandu kuxjenza u vvutaw kontra.

L-ERA ma kinitx pupazz u vvutat kontra, spjega Robert Cutajar, li tkellem dwar il-policies u qal li kien dan il-gvern li għamel din il-policy fl-2014. Issa nduna l-gvern li għandu jibdel il-policy li għamel hu stess? Hu ta’ tħassib kif il-Prim Ministru issa qed jikrkitika din il-policy u jrid jibdilha meta kien l-istess Prim Ministru li fl-2014 kien responabbli għall-ambjent.
Robert Cutajar staqsa jekk kienx hemm konflitt ta’ interess mhux dikjarat fil-votazzjoni dwar il-lukanda fid-daħla tal-Mellieħa. Dan seħħ minkejja li l-policy tgħid mod ieħor. Hu staqsa għaliex l-ERA m’appellax mid-deċiżjonijiet li m’humiex skont il-policy.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ dak li kien seħħ fir-raba’ sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u qal li dakinhar l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi kien wissa’ li l-proposti Laburisti se jwasslu biex is-sitwazzjoni tmur lura għal żmien l-ex ministru Laburista Lorry Sant. Dan il-gvern, minbarra li hu l-aktrar gvern korrott fl-istorja, se jibqa’ mfakkar. Illum qed ngħixu f’pajjiż fejn il-korruzzjoni hi istituzzjonalizzata, sostna Robert Cutajar.
Hu stratta l-innovazzjoni u staqsa kif il-pajjiż se jibqa’ dwar l-emerġenza fil-klima u kif il-gvern se jimplimenta l-mozzjoni maqbula fil-parlament.
//= $special ?>