Sport Sport Ieħor

Luxol u Valletta jkomplu d-dwell ta’ bejniethom fil-Kampjonat Elite

(Ritratt: Joe Borg)

Iċ-champions Luxol u Valletta komplew id-dwell bejniethom meta t-tnejn rebħu l-konfronti tagħhom kontra t-tim tal-Università ta’ Malta u Swieqi United rispettivament.

Luxol għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta 7-0. Sitta mill-gowls ġew skorjati fl-ewwel taqsima, b’gowls mill-captain Mark Zammit, doppjetta ta’ Everton Vevè u Carl Azzopardi sa nofs l-ewwel taqsima. Maico Silva u Emil Andrei Raducu żiedu żewġ gowls oħra biex Luxol daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 6-0. Maicon Silva żied il-vantaġġ fl-34 minuta, f’dak li kien l-uniku gowl skorjat mit-tim ta’ Gabriel Dobre fit-tieni taqsima.

Fil-logħba l-oħra mill-Kampjonat Elite, Valletta rebħu 5-3 kontra Swieqi United. Valletta marru darbtejn minn fuq fl-ewwel taqsima permezz ta’ Gia Nikvashvili u Dusan Rakic iżda fiż-żewġ okkażjonijiet, Alejandro Jimenez Barahona u Jason Schembri għamlu l-iskor indaqs. Nikvashvili daħħal lit-tim Belti 3-2 jistrieħ gowl minn fuq, b’gowl minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima. Sergio Morales Gonzalez ġab id-draw fil-25 minuta, iżda Kurt Bartolo u George Frendo skorjaw fit-33 u l-35 minuta rispettivament biex taw ir-rebħa lit-tim immexxi minn Carlo Scicluna.

Kampjonat Elite: Luxol 12-il punt minn 4 logħbiet, Valletta 9 punti minn 5 logħbiet, Swieqi United 3 punti, Università ta’ Malta 3 punti

Logħob li jmiss

Illum: Skola Nazzjonali tal-Isport – Valletta v Università ta’ Malta 8.45pm

Il-Ġimgħa: Skola Nazzjonali tal-Isport – Luxol v Swieqi United 8.45pm

L-aqwa skorers: E. Vevè (Luxol) 5 gowls, D. Rakic (Valletta) 5 gowls, C. Azzopardi (Luxol) 4 gowls, A. Gjepali (Swieqi U.) 4 gowls, S. Gonzalez (Swieqi U.) 4 gowls

Kampjonat Amateur: Żurrieq 9 punti minn 3 logħbiet, Luxol B 7 punti minn tliet logħbiet, Swieqi B 6 punti minn 2 logħbiet, Marsaskala 3 punti minn 4 logħbiet, South Boys punt minn 3 logħbiet, Qormi 0 punti minn 3 logħbiet

Riżultati

Il-Ġimgħa: South Boys v Żurrieq 3-5

Is-Sibt: Marsaskala v Luxol B 0-7

Logħob li jmiss

Il-Ħamis: De La Salle: Qormi v South Boys 7.30pm

Is-Sibt: De La Salle: Żurrieq v Swieqi B 2.30pm