Lokali

SĦPN tirringrazzja s-servizzi tal-emerġenza tax-xogħol tagħhom fl-aħħar jiem

Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) tirringrazzja lis-servizzi kollha tal-emerġenza f’pajjiżna li għal darb’oħra fl-aħħar ġranet urew il-ħiliet tagħhom u marru lil hinn minn dak mitlub minnhom sabiex jagħtu servizz lil dawk kollha li sofrew danni minħabba l-maltemp qalil li laqat lill-gżejjer Maltin.

SĦPN tħoss li dawn il-ħaddiema ħaqqhom kull ringrazzjament possibbli talli jagħmlu xogħolhom fil-periklu sabiex jgħinu lil ħaddieħor. SĦPN se tkompli taħdem sabiex dawn il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet xierqa għalihom.