Filwaqt li fil-Parlament, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li bdew xogħolijiet fi Triq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, dawn ir-ritratti jixhdu xort’oħra. Kien id-deputat Chris Said li qajjem il-kwistjoni dwar il-qagħda ħażina ta’ din it-triq.
Fuq Facebook, Chris Said qal li fil-parti ta’ quddiem iċ-ċimiterju, it-triq iddeterjorjat sew u jidher li tinsab f’periklu li ċċedi.
Chris Said għamel diversi mistoqsijiet parlamentari dwar din it-triq u sa fl-aħħar, il-Ministru għal Għawdex wieġbet li d-Direttorat inkarigat mix-Xogħolijiet beda jaħdem fuq din it-triq.
Iżda kif jixhdu dawn ir-ritratti, ma hemm l-ebda sinjali ta’ xi xogħol għaddej. Chris Said appella sabiex it-triq titranġa mill-iktar fis qabel ma ċċedi għal kollox u jweġġgħu in-nies.
//= $special ?>