Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Mediċini out-of-stock; iżda l-Gvern jiċħad

Rapporti li waslu għandu Net News fl-aħħar jiem jindikaw li l-pilloli tal-kolesterol Atorvastatin jinsabu out-of-stock. Dan hekk kif pazjenti li ssoltu jinqdew minn spiżeriji tal-POYC mhux jingħataw dawn il-pilloli.

Jidher li dan in-nuqqas ilu għaddej għal aktar minn ġimgħa.

Mara li tkellmet ma’ dan is-sit qaltilna li “mhux talli ma jiġux il-mediċini sal-bieb, talli lanqas fil-POYC m’aħna insibuhom”.

Aktar tard, il-Ministru Chris Fearne ħareġ stqarrija biex jgħid li l-mediċini Atorvastatin jinsabu in stock kemm fil-POYC kif ukoll fis-Central Procurment Services Unit (CPSU). Iżda ma tax dettelji tad-dati eżatti meta din il-mediċina ma kinitx in stock.

Fil-fatt, Net News kiseb ukoll aktar dokumenti mingħand pazjenti li juru iswed fuq l-abjad illi verament il-mediċina ma kinitx qed tingħata minn ċerti spiżeriji.