Imħallef fis-Slovakkja kellha tirreżenja wara li nstabet li kienet marbuta ma’ negozjant, Marian Kocner, li jinsab akkużat li ordna l-qtil ta’ ġurnalist investigattiv.
L-imħallef ta’ Bratislava, Miriam Repakova, hija fost diversi membri tal-ġudikatura li allegatament kellhom skambju ta’ messaġġi ma’ persuna suspettata tal-qtil. Hija l-ewwel imħallef li ġiet imġiegħla tirreżenja.
In-negozjant huwa akkużat li ordna l-qtil ta’ Jan Kuciak, ġurnalist li kien ilu jinvestiga l-attivitajiet kummerċjali ta’ Kocner.
Il-qtil kien qajjem protesti tal-massa li ġiegħlu lill-Prim Ministru Robert Fico jirriżenja.
Kelliem għall-President Martin Strizenec qal li l-imħallef kien irriżenja nhar l-Erbgħa iżda se jibqa’ jservi f’dan l-irwol sal-aħħar ta’ Novembru.
//= $special ?>