Donnu daż-żmien sar aċċettabbli li tarma s-siġra tal-Milied f’Novembru u tibda ssajjar il-qagħaq tal-għasel. U meta tibda tara r-riklami fir-Renju Unit li jibdew joħorġu qishom pastizzi, mal-ewwel tirrealizza li Diċembru jinsab wara l-bieb.
Fost l-aktar mistennija ta’ kull sena hemm ir-reklam tal-Milied li joħroġ l-istabbiliment John Lewis, u li dejjem jiġbed attenzjoni partikolari għall-mod kif ikun mirqum u l-istorja li jwassal.
Is-suċċess tal-produzzjoni tal-Milied 2018 The Boy and The Piano bis-sehem tal-kantant Sir Elton John, ma żammitx lura lil John Lewis illi flimkien ma’ Waitrose din is-sena ħaduna fid-dinja tal-fantasija bil-ħrafa Excitable Edgar.
L-istorja f’dan ir-riklam iddur mal-figura ta’ dragun żgħir illi minkejja l-praspar tiegħu, fl-aħħar mill-aħħar jisraq qalb kulħadd.
F’żewġ minuti, din il-produzzjoni tiġbor fiha diversi elementi tal-Milied tipiku għall-Brittanniċi, inkluż il-famuża pudina!
//= $special ?>