Ambjent Lokali

“Kollox qed isir bla ħsieb u bla pjanar”

Dak li qed jintilef ma tistax terġa’ ġġibu lura. Dikjarazzjoni b’saħħitha minn Reuben Grima, Arkeologu u membru tal- Kummissjoni Inter Djoċesana Ambejnt, li kien il-mistieden ta’ Robert Cremona waqt il-programm Net Live.

Huwa saħaq li rridu nitħabtu aktar għal pjanar li huwa għal ġid ta’ kulħadd.  Dan għaliex qed nuzaw riżorsi li ma jiġġedewx… li diffiċli treġġagħhom lura – sitwazzjoni gravi li qed jitkellem fuqha kulħadd, mhux biss l-esperti.

B’referenza għall-permess ta’ żvilupp f’art ODZ fil-Qala, Reuben Grima qal li kulħadd qed jagħraf li qed infallu fl-ippjanar.

Huwa saħaq li meta tara parodija ta’ proċess li suppost huwa għall-ġid komuni, fl-aħħar mill-aħħar huwa tradiment ta’ responsabbiltà lejn dawk kollha li se jiġu warajna. Kull intervent li għandu impatt u li qed jiekol minn dawn ir-riżorsi komuni qed ifaqqar lill-bqija tal-komunita.

L-arkeologu Reuben Grima appella sabiex ikun hemm passi reali għat-tibdil fid-direzzjoni lejn is-sostenibbilta tal-qasam tal industrija tal-bini innifisha.

Huwa temm jgħid li hemm bżonn ta’ pjanar fit-tul f’dan is-settur… dan għaliex kollox qed isir bla ħsieb.