“Jekk ma niddefendux il-midja u nipproteġu l-ġurnalisti, l-Unjoni Ewreopea tirriskja li ddgħajjef il-kredenzjali demokratiċi tagħha.”
Qalu dan il-Membri Parlamrntari Eropej tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola u David Casa f’dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew li ffoka fuq id-delitti kontra l-ġurnalisti.
Fil-ftuħ tad-dibattitu, il-Kap tad-Delegazzjoni Roberta Metsola sellmet il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia u tenniet is-sejħa tagħha għall-ġustizzja.
L-istess il-Membru Parlamentari Ewropew u Kwestur David Casa li qal li r-reati kontra ġurnalisti x’aktarx iseħħu meta dawk li l-ġurnalisti jesponu, jibqgħu jokkupaw pożizzjonijiet ta’ poter.
“F’sitwazzjonijiet bħal dawn il-ġurnalisti jidħlu f’riskji kbar. Il-każ ta’ Daphne Caruana Galizia huwa eżempju klassiku. Nies influwenti u setgħana li hi esponiet bħala kriminali korrotti jkomplu jmexxu l-uffiċċju tal-Prim Ministru Malti u l-power station ta’ Malta”.
Roberta Metsola, li hija il-Koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tenniet li “għandna nipproteġu lill-ġurnalisti mhux biss mill-ħsara fiżika iżda minn kawżi fiergħa.
Appellat ukoll dwar il-bżonn ta’ liġi tal-Unjoni Ewropea kontra l-iSLAPP u li l-fondi tal-UE jkunu disponibbli għall-organizzazzjonijiet tal-midja biex insaħħuhom. Il-libertà tal-midja hija importanti daqs ġudikatura indipendenti u għandha titqies bħala tali. “
David Casa kkundanna wkoll l-insistenza ta’ Keith Schembri li ma jirriżenjax wara l-avvenimenti drammatiċi fil-qorti din il-ġimgħa u appella konta l-impunità għall-politiċi korrotti esposti mill-ġurnalisti.Id-dibattitu fil-plenarja kien iddominat minn referenzi għall-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia minn Membri Parlamentari Ewropej minn gruppi politiċi differenti.
//= $special ?>