L-awtoritajiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo introduċew tieni tilqima bħala parti mill-ġlieda kontra l-marda tal-Ebola, li ilha għal ħmistax il-xahar taħkem iz-zoni tal-lvant ta’ dan il-pajjiż Afrikan.
L-epidemija tal-Ebola bdiet f’Awwissu tal-2018 fil-provinċja tat-Tramuntana ta’ Kivu, b’dan il-virus qattiel, imbagħad, jinfirex lejn bnadi oħra, fosthom l-inħawi ta’ Ituri u n-Nofsinar ta’ Kivu, li hu reġjun remot qrib il-fruntiera mal-Uganda, ir-Rwanda u l-Burundi.
It-tilqima ġdida għal kontra l-Ebola se tingħata lil xi 50,000 persuna fuq perjodu ta’ erba’ xhur.
Dan wara li ‘il fuq minn kwart ta’ miljun persuna, ħafna minnhom ħaddiema tas-saħħa involuti direttament fil-ġlieda kontra l-Ebola, kienu tlaqqmu b’mediċina oħra għal kontra l-virus bħala parti minn programm li kien beda s-sena l-oħra.
//= $special ?>