Lokali

Dewmien f’titjira wara li l-ajruplan iltaqa’ ma’ turbolenzi qawwija fuq l-Alpi

It-titjira KM 307 minn Munich lejn Malta ttardjat indefinittivament wara li l-ajruplan kellu bżonn xi tiswijiet kawża ta’ turbolenza li ltaqa’ miegħu.

Il-każ seħħ meta l-ajruplan, li dak il-ħin kien għaddej bit-titjira KM 306 minn Malta għal Munich, wasal fuq l-Alpi.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident u l-ajruplan niżel fi Munich qawwi u sħiħ. Madankollu, issejħu għadd ta’ Inġiniera Ġermaniżi biex jaraw jekk saritx ħsara fl-ajruplan.

Kien hawn li rriżulta li kienu kkawżati xi ħsarat u li ma setax jerġa’ jtir għalissa lejn Malta.

Għaldaqstant, it-titjira li kellha tasal fit-2.55pm ittardjat mingħajr ma ġie stabbilit il-ħin tal-wasla għalissa.