Internazzjonali

Hong Kong: Raġel jintlaqat u jmut waqt aktar protesti

Raġel tilef ħajtu f’Hong Kong wara li ntlaqat f’rasu waqt ġlied bejn partitarji tal-gvern u dimostranti fil-Hong Kong hekk kif il-protesti għadhom għaddejjin.

L-uffiċjali qalu li r-raġel, ta’ 70 sena, kien waqt l-ikla ta’ nofsinhar, fuq break mill-impjieg tiegħu meta kien milqut minn “oġġetti iebsa”.

F’aħbar simili, is-Segretarju tal-Ġustizzja Teresa Cheng weġġgħet serjament, qalu uffiċjali ta’ Ħong Kong.

Iċ-Ċina kkundannat bil-qawwa l-inċident u talbet investigazzjoni bir-reqqa. Ħong Kong ilu għal aktar minn ħames xhur milqut minn inkwiet politiku.

Inqas minn ġimgħa ilu, Alex Chow, student ta’ 22 sena, miet wara li waqa’ minn bini waqt operazzjoni tal-pulizija.