Lokali

Il-konsumatur fil-qalb tas-servizzi elettroniċi tal-komunikazzjoni

Fil-21 ta’ Novembru fil-lukanda Corinthia Palace Hotel & Spa, Attard ser jittella’ seminar dwar id-drittijiet tal-konsumatur organizzat mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA):

L-użu ta’ servizzi ta’ komunikizzjoni elettronika inkluż l-Internet u t-telefonija mobbli, qed isir dejjem iżjed importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. 

L-iżviluppi mgħaġġla fit-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni  qed iġibu sfidi ġodda u jwasslu għal bidliet li jaffetwaw il-konsumatur. 

Dan is-seminar hu intiż li jġib flimkien stakeholders differenti, inkluż persuni mill-industrija, organizzazjonijiet tal-konsumatur u regolaturi sabiex jiddiskutu kif nistgħu nilqgħu għal dawn l-isfidi u nassiguraw li l-konsumatur jibqa’ jgawdi mill-ogħla livelli ta’ servizzi. 

Is-seminar ser jinkludi kelliema minn Malta, kif ukoll minn diversi organizzazjonijiet internazzjonali. 

Fis-seminar se jiġu ppreżentati ukoll ir-riżultati ta’ studju kkummissjonat mill-MCA, li jħares lejn l-esperjenza tal-konsumatur Malti fir-rigward tal-użu tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. 

Għal iktar informazzjoni żur is-sit: https://www.mca.org.mt/initiatives/mca-consumer-seminar-2019 jew ibgħat email fuq consumerseminar@mca.org.mt