Lokali

Il-PN iħeġġeġ lin-nies jattendu għall-protesta kontra l-korruzzjoni

Waqt laqgħa mar-rappreżentanti tal-Kumitati Sezzjonali, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli ħeġġeġ lill-attivisti u membri tal-Partit Nazzjonalista biex jattendu għall-protesta kontra l-korruzzjoni li se ssir is-Sibt filgħaxija.

Clyde Puli fakkar kif l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni sabiex il-Parlament jiddiskuti l-pożizzjoni ta’ Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Dan wara li t-Tnejn Keith Schembri waqqa’ kawża fil-Qorti li fetaħ hu stess sabiex jevita biex jixhed u jwieġeb mistoqsijiet dwar il-kumpanija 17 Black.

Clyde Puli qal li la Keith Schembri mhux iwieġeb fil-Qorti u mhux iwieġeb lill-pubbliku, għandha tintrefa’ ir-responsabbilta’ politika.

Is-Segretarju Ġenerali tkellem ukoll dwar l-organizzazzjoni interna tal-PN, ir-riforma u t-tesserament.

Waqt il-laqgħa kienu diskussi ir-riformi li għaddejjin fi ħdan il-PN sabiex il-partit ikun iktar effiċjenti u iktar qrib in-nies.

Matul il-laqgħa tqassmu wkoll it-tesseri għas-sena 2020