Għall-ħabta tat-8:10AM fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr seħħ inċident bejn żewġ vetturi.
Jidher li van tat-tip Toyota baqa’ dieħel f’karozza tat-tip Ford Fiesta li minħabba xi ħsarat kienet tinsab wieqda fil-ġenb tat-triq.
Mhux magħruf x’wassal għan dan l-impatt bejn dawn iż-żewġ vetturi.
Filwaqt li r-raġel ta’ 47 sena minn B’kara li kien qed isuq il-van ma sofra l-ebda ġrieħi, il-mara ta’ 68 sena mir-Rabat, Malta, sofriet xi ġrieħi u kellha tittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
Hi nħarġet mill-karozza wara ħidma intensiva minn membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li l-mara nqabdet fil-karozza kawża tal-impatt mal-van.
L-aħħar kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa filwaqt li qed tiġi eżaminata fl-isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej …
//= $special ?>

