Lejliet il-partita mir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni bejn Spanja u Malta f’konferenza stampa li saret fl-Estadio Ramón de Carranza, il-kowċ Nazzjonali Malti Ray Farrugia qal li l-iskwadra qeda tħares ‘il quddiem sabiex tilgħab dan il-konfront, konxji bil-qawwa tal-aversarji u saħaq li t-tim irid ikun kompatt matul il partita kollha.
Dwar l-aħħar konfront kontra l-Gzejjer Faroe, Farrugia qal li kien diżappuntanti li tlifna 1-0 pero wieħed irid jiftakar li fl-ewwel konfront il-Maltin ħarġu rebbieħa 2-1. Huwa qal ukoll li t-tim Nazzjonali għandu l-objettivi tiegħu li jrid jilħaq pero bħalissa l-konċentrazzjoni tat-tim tinsab biss fuq dan il-konfront kontra Spanja.
Mistoqsi dwar jekk it-tim nazzjonali huwiex preparat biżejjed anke għal fatt li fl-ewwel konfront l-iSpanjoli ddominaw f’dak li hu pusses, Ray Farrugia qal li li jekk wieħed jara r-rekords ta Spanja, dawn dejjem ikollhom bejn 72 u 80 fil-mija tal-pussess u li fl-ahhar logħba kontra l-iZvezja fl-ewwel 6 minuti tal partita huma kellhom madwar 200 pass. Huwa kompla billi qal li fil-parita t’għada qed jistenna l-istess andament f’dak li huwa pussess hu għalekk il Maltin għandom ikunu ikkonċentrati mija fil-mija.
Minn naħa tiegħu filwaqt li qal li bla dubju dan huwa wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja, id-difensur ta’ Hibernians Adrei Agius qal li għat-tim Malti din il-partita xorta waħda hija bħal l-ohrajn u qal ukoll li ser jagħmlu dak kollu possibli sabiex jilħqu l-objettiv li għanda l-iskwadra sa tmiem il-gruppi ta’ kwalifikazzjoni.
Il-partita minn Grupp F bejn Spanja u Malta ser tintlagħab għada fid-8:45pm fl-Estadio Ramón de Carranza f’Cadiz, Spanja. Fl-ewwel konfront f’Marzu li għadda Spanja ħarġet rebbieħa 2-0 f’ Ta’ Qali.
//= $special ?>