Sport Sport Ieħor

Julian Farrugia se jikkompeti fil-Belġju

Għada s-sewwieq Julian Farrugia se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Prix de Rencontres Internationales li għall-ewwel darba se ssir fil-korsa ta’ Wallonie Mons il-Belġju. Fl-aħħar snin, din it-tiġrija dejjem saret fil-korsa ta’ Vincennes f’Pariġi u tkun abbinata mal-unur tal-aqwa żwiemel Franċiżi esportati. Fil-fatt, dan l-unur għal Malta se jkun ippreżentat lis-sidien taż-żiemel Cesar du Bouillon.

Din it-tiġrija ta’ distanza ta’ 2300 metru hi waħda internazzjonali bejn is-16-il sewwieq. Dawn ġejjin mis-Slovenja, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Ukrajna, l-Ungerija, Franza, l-Irlanda,  l-Olanda, l-Iżvizzera, is-Serbja, Spanja, l-Istati Uniti, l-Awstrija, l-Ingilterra, ir-Repubblika Ċeka.

Farrugia se jkun qed isuq lid-debba numru 16 Enola Penguy u t-tiġrija tibda fis-7.00pm. Jakkumpanja lis-sewwieq hemm iċ-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg.