Quddiem il-maħżen ġdid fi New Bond Street f’Londra, meqjus spettakolari ta’ Louis Vuitton, bosta qed jippużaw u jieħdu numru ta’ ritratti.
Louis Vuitton reġa’ fetaħ fl-24 ta’ Ottubru u minn dakinhar sar l-iktar ħanut tal-kapitali Ingliża li jidher fuq Instagram.
Dan huwa trijonf għal Faye McLeod, id-direttriċi tal-immaġni viżiva ta’ Louis Vuitton, li, bir-responsabbiltà tal-wirjiet tat-twieqi madwar id-dinja, tqatta’ kull siegħa ta’ xogħol tipprova twaqqaf lill-eluf ta’ nies li jgħaddu minn quddiem il-ħwienet tagħhom.
McLeod tissorvelja tim ta’ 24 imma l-kollaboraturi ewlenin tagħha f’dan il-proġett kienu żewġ irġiel… Ansel Thompson u l-Malti Carmel Said, minn Ħal Luqa li ilu jpinġi sfondi u joħloq skulturi u props mill-1980s.
Dan bla dubju huwa unur kbir għal Carmel Said li qed ipoġġi ismu fost l-aqwa disinjaturi tad-dinja f’dan il-qasam.
//= $special ?>