L-Union tal-Għalliema (MUT) tat ultimtum lill-Gvern sat-Tnejn, 25 ta’ Novembru, biex iwieġeb il-proposti tal-Union u jibda diskussjoni biex l-Edukaturi jkunu assigurati. Jekk dan l-ultimatum jinqabeż, mhux esklużi li jissejħu azzjonijiet industrijali.
Din mhix l-ewwel darba li l-MUT kellha tasal għal dan il-pass, ladarba l-Gvern preżenti ma jikkalkulax proposti u sfidi tal-Edukaturi. Fost l-oħrajn, fl-aħħar xhur l-Union appellat għal żieda fir-riżorsa umana u pakketti aħjar għall-Għalliema. Madankollu, l-MUT qed tibqa’ tgħid li l-Gvern qed iħalliha mingħajr soluzzjoni.
Dan l-aħħar ultimatum wasal wara li l-MUT ippreżenta lill-Ministeru tal-Edukazzjoni bi proviżjoni għal assigurazzjoni lill-Edukaturi. Wara li għal għadd ta’ snin, il-Gvern ma qabilx ma’ din il-proposta, żviluppi riċenti wrew li fl-aħħar, il-Gvern qed irattab qalbu u qed jibdel il-pożizzjoni.
Iżda minkejja li l-MUT bagħtet il-proposti lill-Gvern, ladarba l-Ministeru qed jara l-possibbiltà li jaċċetta l-kunċett ta’ assigurazzjoni għal ċerti impjegati fis-settur edukattiv, dawn il-proposti s’issa għadhom lanqas biss ġew ikkalkulati.
Kien għalhekk li l-Union nediet l-ultimatum, bit-twissija wkoll għall-azzjonijiet industrijali.
//= $special ?>