L-użu, tajjeb u ħażin u l-abbuż mit-teknoloġija diġitali kien is-suġġett diskuss tul seminar imtella’ mill-Lisa Marie Foundation f’lukanda ewlenija fil-Qawra.
Is-seminar li ttella’ bl-għajnuna tal-Professur Valerie Sollars, inkluda diskussjonijiet minn diversi persuni li jaħdmu fil-qasam, fosthom lecturers u għalliema, kif ukoll rappreżentanti tal-Aġenzija Appoġġ u studenti u rappreżentanti ta’ skejjel tal-istat u tal-Knisja.
Fost dawk li indirizzaw dan is-seminar kien hemm l-għalliem u kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Justin Schembri, li tkellem dwar l-għarfien ta’ ġenituri u għalliema fuq it-teknoloġija diġitali li qed jużaw it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Hu qal li pajjiżna għad irid jaġġorna ruħu dwar l-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni.
Tkellimna mal-Professur Valerie Sollars li organizzat is-seminar, fejn qaltilna li l-Lisa Marie Foundation ħasset il-ħtieġa li torganizza dan is-semiar għaliex il-fondazzjoni għandha l-għan li tħares is-saħħa u s-salvagwardjaw tat-tfal u ż-żgħażagħ.
Hi qalet li ħafna edukaturi huma konxji ta’ dawk li huma l-effetti negattiv li jista jkollha t-tekonoloġija, iżda li fejn tidħol l-edukazzjoni tal-ġenituri, din qatt ma hi biżżejjed.
Il-Fondazzjoni Lisa Marie għandha l-għan li tipprommwovi u tfassal kodiċi ta’ aġir addattat bejn adulti, tfal u żgaħżagħ, u sabiex toħloq għarfien fost it-tfal kif ukoll il-ġenituri u l-adulti li jaħdmu mat-tfal u ż-żgħażagħ.
//= $special ?>