Futbol Sport

Lippi jirriżenja minn kowċ nazzjonali taċ-Ċina għat-tieni darba

(Ritratt: EPA)

Marcello Lippi rriżenja minn kowċ nazzjonali taċ-Ċina għat-tieni darba din is-sena wara t-telfa ta’ 2-1 kontra s-Sirja f’logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li ntlagħbet f’Dubai.

It-Taljan li għandu 71 sena, kien irriżenja f’Jannar li għadda wara l-eliminazzjoni mill-kwarti tal-finali tat-Tazza Asjatika, iżda reġa’ kien nħatar f’Mejju li għadda. It-telfa tal-Ħamis ħalliet liċ-Ċina t-tieni fil-grupp tagħhom, ħames punti wara s- Sirja.

Ir-raġuni prinċipali wara r-riżenja ta’ Lippi hi li ħa r-responsabbiltà sħiħa tat-telfa u fi kliemu ma jridx li jieħu salarju inġustament jekk it-tim mhux qed jagħti l-aħjar tiegħu.

Meta Lippi kien irriżenja f’Jannar, l-eks difensur Taljan Fabio Cannavaro kien ħa t-tmexxija tat-tim nazzjonali Ċiniż iżda dam biss żewġ logħbiet. Hu mifhum li s-salarju ta’ Lippi kien ilaħħaq it-€30 miljun.

Tags