Futbol Sport

Man City jitilfu l-appell mal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport dwar investigazzjoni tal-UEFA

Manchester City fallew fit-tentattiv tagħhom li jwaqqfu l-investigazzjoni tal-UEFA għal possibbiltà ta’ ksur fir-regoli tal-Financial Fair Play wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport. Iċ-champions Ingliżi jistgħu jkunu sospiżi mill-UEFA Champions League jekk jinstabu ħatja mill-Bord tal-Kontroll Finanzarju tal-Klabbs.

L-Ingliżi qed jiċħdu li għamlu xi ħaġa ħażina u argumentaw li l-UEFA ma kelliex l-awtorità li tibda każ ta’ ksur tal-Financial Fair Play kontrihom. Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport qal li l-Bord għadu ma ddeterminax jekk hux se jkun hemm kastig u jekk jinstabux ħatja.

Il-UEFA fetħet investigazzjoni wara li l-gazzetta Ġermaniża Der Spiegel ippubblikat dokumenti fejn allegaw li Manchester City kabbru l-valur tal-isponsor tagħhom u b’hekk għaddew biż-żmien l-ogħla assoċjazzjoni Ewropea tal-klabbs. Huma kienu mmultati madwar €50 miljun ta’ ksur ta’ regolamenti preċedenti.