Lokali Qorti

Mhux ħati li kkawża diżabbiltà lura f’każin Laburista fl-2013

Ir-raġel involut fi ġlieda u akużat b’attentat ta’ qtil fil-każin Laburista tar-Rabat lura fis-17 ta’ Frar 2013 instab li ma kienx responsabbli għad-diżabbiltà permanenti kkawżata lil Ivan Attard, wara li allegatament ta’ daqqiet ta’ ponn.

Dan il-każ kien instema’ fil-Qorti f’Marzu tal-2013, xahar wara l-afterparty ta’ mass meeting tal-Partit Laburista li fih kien ġara dan il-każ.

Il-ġlieda kienet bdiet minħabba li tfajla bl-isem ta’ Shirley Camilleri ttantat lil raġel bl-isem ta’ Christian Gauci. Il-persuna li weġġa’ serjament kien Ivan Attard filwaqt li Kenneth Micallef ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli kien qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil.

Is-sidien tal-każin, Maria Vassallo u r-raġel tagħha Herbert, kienu għażlu li ma jkunux xhieda fil-każ.

Fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Novembru 2019, il-L-Imħallef Miriam Hayman iddkjarat li ma sabet l-ebda konessjoni bejn Ivan Attard u Kenneth Micallef u ma sabet l-ebda provi li wieħed ta daqqiet lill-ieħor.

Għal Kenneth Micallef dehru l-avukati Stephanie Abela u Vince Micallef.