Rafael Nadal għeleb lil Stefanos Tsitsipas 6-7, 6-4, 7-5 biex baqa’ jittama li jgħaddi għas-semifinali. Nadal issa jrid li Daniil Medvedev jegħleb lil Alexander Zverev biex jgħaddi għas-semifinali kontra s-sitt darbiet rebbieħ Roger Federer. L-ewwel set kien missielet, bil-Grieg jirbħu b’tie-break wara li l-Ispanjol ħabbat il-ballun man-net u kellu forehand li għadda barra.
Nadal kien taħt pressjoni iżda rkupra fit-tieni set b’86% suċċess fis-service qabel kiser is-service ta’ Tsitsipas fil-ħames logħba. Fit-tielet u l-aħħar set, Nadal kellu sfida iebsa minn Tsitsipas qabel inkiser is-service fil-11-il logħba u ta ċ-ċans lil Nadal biex jagħlaq il-logħba.
Intant, din ir-rebħa assigurat li Nadal itemm is-sena fil-quċċata tar-rankings mondjali wara li Novak Djokovic kien eliminat minn Federer il-Ħamis. Wara l-logħba, hu kien preżentat bi trofew, bl-Ispanjol jgħid li qatt ma immaġina li fl-età ta’ 33 sena u nofs se jkun fil-quċċata tar-rankings.
//= $special ?>