Anzjan residenti l-Fgura kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura fil-Fgura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq San Tumas meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 83 sena spiċċa mtajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mill-Ħamrun.
Fuq il-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>