Lokali Qorti

Raġel imfittex mill-Pulizija

Il-Pulizija kellha tirrikorri għall-media soċjali biex issib persuna li kellha tidher fil-Qorti. F’post fuq il-paġna uffiċjali tal-Korp, il-Pulizija qed titlob lill-pubbliku jekk jafux fejn jinstab ir-raġel fir-ritratt.

Il-Pulizija spjegat li t-tfittxija qed issir b’rabta ma’ każ li qed jinstema’ fil-Qorti u li r-raġel kellu jidher quddiem il-Qorti. Il-Pulizija qed titlob lil kulmin għandu xi informazzjoni biex iċempel fuq 119 jew 21224001 jew b’messaġġ privat fuq Facebook.