Kultura Lokali

Rega’ wasal il-Malta International Organ Festival

Reġa’ wasal il-festival tant mistenni mid-dilettanti tal-knejjes u l-mużika klassika Malta International Organ Festival – mit-22 ta’ Novembru sas-6 ta’ Diċembru bi 15-il kunċert imferrxa madwar il-gżejjer Maltin.

Il-festival ser jiftaħ b’kunċert grandjuż ġewwa l-Katidral Anglikan fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fejn se jkun hemm l-organista internazzjonali Marco D’Avola flimkien mal-Fanfare Brass Ensemble mit -Teatru Massimo ta’ Sqallija. L-għada, kunċert oriġinali tal-alphorn mal-orgni ġewwa l-knisja Santa Marija Madalena fil-Belt Valletta.

Ser ikun hemm kunċerti fil-Gudja permezz tal-Kantata ta’ Bach Ich Habe Genug, u kunċerti oħra f’tas-Sliema, Balluta, San Ġiljan, Xewkija, Ċittadella, Għajnsielem, Balzan, Qrendi, Żejtun u Senglea.

Il-festival jintemm b’kunċert ġewwa l-Kon Katidral ta’ San Ġwann fejn fost xogħolijiet internazzjonali ser ikun hemm il-Missa Mundi ta’ Charles Camilleri.

Għall-programm sħiħ tal-festival wieħed jista’ jżur is sit www.MaltaInternationalOrganFestival.com