Lokali

Tfeġġ toqba oħra!

Wara l-famuża ħofra jew gandott li tfaċċa fil-flyover tal-Marsa, issa feġġet ħofra oħra, din id-darba f’San Pawl il-Baħar.

Kienet il-kunsilliera tal-PN Graziella Galea li ġibdet l-attenzjoni dwar din is-sitwazzjoni.

B’mod sarkastiku, hi qalet li din il-ħofra turi s-serjeta’ li biha qed jaħdem il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar taħt it-tmexxija l-ġdida ta’ Alfred Grima.