Lokali

Websajt ġdida għal Jesmond Mizzi Financial Advisors Ltd

Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (JMFA) bi pjaċir tħabbar it-tnedija tal-websajt il-ġdida tagħha. Wara diversi xhur ta’ żvilupp, din il-websajt fuq www.jesmondmizzi.com ġiet żvelata reċentement. B’disinn kreattiv kompletament imġedded u b’immaġnijiet diversi, il-websajt tipprovdi titjib fin-navigazzjoni li hija aktar faċli għall-utent, u funzjonalità aħjar meta l-websajt tiġi aċċessata minn fuq mowbajl jew tablet.

Il-websajt il-ġdida hija rifless tat-tip ta’ servizz speċjalizzat li Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited tfittex li tipprovdi. Il-Kumpanija toffri firxa varjata ta’ prodotti u servizzi li jistgħu jiġu kkategorizzati taħt tliet oqsma prinċipali: Servizzi Personali, Servizzi ta’ Ġestjoni tal-Ġid u Servizzi Korporattivi. Mill-bidu nett tagħha, il-Kumpanija dejjem iffukat biex tipprovdi servizz personali lill-klijenti u ħadmet biex tikseb il-fiduċja tal-investituri u tibni relazzjonijiet fit-tul. Is-Servizz ta’ Ġestjoni tal-Ġid jipprovdi servizz speċjalizzat ta’ livell għoli, li jiġbor fih il-konsulenza dwar l-investimenti u l-monitoraġġ kontinwu tal-portafolji tal-investiment, lil individwi ta’ valur għoli u klijenti istituzzjonali – li għandhom valur nett ta’ aktar minn € 500,000. Is-Servizzi Korporattivi jgħinu biex tingħata soluzzjoni ta’ suċċess lill-klijenti korporattivi, li tirriżulta fit-tkabbir u s-sostenibbiltà tan-negozji tagħhom.

Sezzjoni ddedikata tal-websajt il-ġdida toffri portal għall-għarfien espert intern tagħna dwar il-ġestjoni tal-assi fir-rigward tal-Fondi UCITS u l-Merill Funds tagħna stess. Tim iddedikat ta’ professjonisti tal-investiment kuljum jimmaniġġja b’mod attiv il-Merill Funds biex jimmassimizza l-qligħ għall-benefiċċju tal-investituri kollha. Dan isir permezz tat-twettiq ta’ riċerka bir-reqqa, analiżi finanzjarja u numerika, u investiment intelliġenti.

Il-kultura u l-valuri tal-Kumpanija qed jintwerew fil-paġna ‘Dwarna’ (‘About Us’). Din tintroduċi lil min iżur il-websajt il-ġdida għat-‘Tim Tagħna’ (‘Our Team’) ta’ aktar minn erbgħin membru tal-persunal, ir-‘Rappreżentanza’ (‘Representation’) tagħna ta’ djar tal-investiment barranin li tagħhom ilna nservu bħala r-rappreżentanti lokali f’Malta, jiġifieri Janus Henderson, Legg Mason u Pictet, kif ukoll l-impenn tagħna għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (‘CSR’).

Il-websajt il-ġdida tinkludi paġna integrata għall-‘Aħbarijiet’ (‘News’) li tiġi kontinwament aġġornata biex tipprovdi l-aħħar informazzjoni, klassifikata kif xieraq f’taqsimiet differenti bħal ‘Product News’, ‘Market Reports’, ‘Company Announcements’ u ‘Press Releases’. Barra minn hekk, din tinkludi żewġ taqsimiet speċifiċi: ‘Insights & Opinions’ li fiha jiġu ppubblikati artikli ta’ kull ġimgħa mill-esperti tagħna u ‘Webcasts & Videos’ li fiha jidhru programmi u spots edukattivi, qasam li fih aħna dejjem konna attivi ħafna, bil-għan li nżidu l-litteriżmu finanzjarju.

Dawk li jżuru l-websajt il-ġdida jistgħu jżommu ruħhom aġġornati dwar l-aħħar żviluppi billi jabbonaw għan-Newsletter tagħna biex jirċievu l-aħħar aġġornamenti. Il-‘Prezzijiet’ (‘Prices’) tal-Ishma Lokali, tal-Bonds tal-Kumpaniji u tal-Gvern Lokali, tal-Fondi Lokali u Barranin kif ukoll ir-Rati tal-Kambju jiġu aġġornati kuljum. Il-klijenti li jixtiequ jaraw il-portafoll tal-investimenti tagħhom f’ħin reali, jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fil-‘Portafoll Online’ (‘Online Portfolio’).

Fi stqarrija Jesmond Mizzi, direttur maniġerjali ta’ Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited qal li, “Il-websajt il-ġdida tagħna turi dak kollu li stinkajna biex niksbu matul is-snin u dak li aħna impenjati li nkomplu noffru fil-futur. Il-websajt interattiva l-ġdida tirrappreżenta l-passjoni tagħna fil-mod kif nimmaniġġjaw b’mod attiv in-negozju tagħna biex nipprovdu servizz uniku u soluzzjonijiet imfassla apposta biex jaqdu ċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet tal-investituri individwali”.

Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (JMFA) (IS30176) li tinsab f’67/3, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, VLT 1105 hija liċenzjata biex toffri s-servizzi ta’ investiment f’termini tal-Att dwar Servizzi ta’ Investiment mill-MFSA ta’ Mdina Road, Zone 1, Central Business District, Birkirkara CBD 1010 u hija kumpanija membru tal-Borża ta’ Malta.