Futbol Sport

Yau-Mun Law joħroġ mill-isptar

Aħbar pożittiva għall-futbol Malti hekk kif tħabbar li l-captain ta’ Santa Venera Lightnings Yau-Mun Law ħareġ mill-isptar u jinsab lura mal-familja tiegħu. Il-plejer Malti kien ilu l-isptar għal madwar ġimagħtejn hekk kif Law sofra attakk tal-qalb.

Il-logħba bejn Kirkop United u Santa Venera Lightnings li ntlagħbet il-Ħamis fil-31 ta’ Ottubru fis-Centenary Stadium, setgħet intemmet fi traġedja li kieku mhux għall-intervent f’waqt ta’ paramediku tal-MFA Charlot Lanzon u l-fotografu Walter Sargent, bil-logħba tiġi sospiża. Malli l-aħbar bdiet tinxtered, kienu ħafna l-messaġġi ta’ fejqan ta’ malajr lid-difensur ta’ 36 sena.