Stabbiliment tal-ikel li jinsab fil-Valletta Waterfront kellu jiġi evakwat minn membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li l-kċina nħakmet minn nirien. Il-każ seħħ gha-ħabta tal-10:20pm meta ghal xi raġuni żviluppaw nirien f’parti mill-kċina.
Fil-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li evakwaw iz-zona u tfew in-nirien.
Kawża tal-inċident it-triq biswit ir-ristorant ġiet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.