Grupp ta’ disa’ barranin mis-Sudan, Kosta tal-Avorju, Guinea, Togo u l-Ġorġja ngħataw sentenza effettiva ta’ sit xhur ħabs wara li nqabdu fil-pussess ta’ dokumenti foloz.
Sitta minn dawn kienu se jitilqu minn Malta permezz ta’ titjira lejn Pariġi, billi ppreżentaw passaporti foloz. Jidher li huma kienu f’Malta b’permess ta’ residenza Taljan, li wkoll kien falsifikat.
Tnejn mil-akkużati l-oħra kienu se jitilqu lejn Sqallija, permezz tal-catamaran, waqt li raġel ieħor ipprova jitlaq minn Malta b’titjira lejn l-Ingilterra. Huma lkoll wieġbu ħatja/
L-eta ta’ dawk arrestati tvarja bejn is-16 u l-35 sena.
//= $special ?>