Sewwieq ta’ mutur, li għandu 82 sena u hu residenti l-Mosta, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li seħħ impatt ma’ vettura privata, f’Burmarrad.
L-inċident seħħ fi Triq Burmarrad, biswit iċ-ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar, ftit qabel it-15:30 u kkawża traffiku qawwi minħabba li parti mit-triq kellha tingħalaq.
Jirriżulta li l-impatt seħħ bejn il-mutur tat-tip Peugeot misjuq mill-anzjan, u vettura tat-tip Renault misjuqa minn raġel ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident għalkemm għad m’hemmx dettalji dwar il-kundizzjoni tiegħu.
//= $special ?>