Futbol Sport

Il-Belġju juru s-saħħa tagħhom – jgħaddu l-Ġermanja u l-Awstrija

Kif kien mistenni kkwalifikaw il-Ġermanja u l-Awstrija mill-grupp rispettiv tagħhom filwaqt li għaddew ukoll il-Polonja minn Grupp G. L-Olanda f’darhom ġew miżmuma draw mill-Irlanda u jkollhom jistennew, bl-Irlandiżi wkoll jitilfu penalty.

Il-Belġju reġgħu kkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu lir-Russja batta minn darhom 4-1. L-aħwa THORGAN U EDEN HAZARD li kellhom partita mill-aqwa fejn bejniethom qasmu tliet gowls, b’Eden Hazard jiskorja doppjetta.

Dawn il-gowls waslu fl-ewwel 40 minuta. ROMELU LUKAKU għamilhom 4-0 fit-72 minuta. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għar-Russi wasal minn GEORGIY DZHIKIYA fid-79 minuta. Mill-istess grupp l-Iskozja għelbu lil Ċipru 2-1 barra minn darhom. RYAN CHRISTIE ta l-vantaġġ lill-Iskozja fit-12-il minuta, EFREM ġab id-draw għal Ċipru fis-47 minuta biex JOHN MCGINN jiskorja l-gowl tar-rebħa biex qabżu lill-istess Ċipru fit-tielet post.

Il-Ġermanja għelbu lil Belarus b’gowls ta’ MATTHIAS GINTER fil-41 minuta u LEON GORETZKA fid-49 minuta jagħmluhom 2-0 u ma kinitx sorpriża li TONY KROOS (ritratt) jagħmilhom 3-0 fil-55 minuta bl-istess plejer lejn it-tmiem jagħmilhom 4-0.

Il-ġirien tagħhom l-Awstrija ukoll ikkalifikaw meta għelbu lill-Maċedonja b’gowls ta’ DAVID ALABA wara tmien minuti u STEFAN LAINER fit-48 minuta. VLATKO STOJANOVSKI skorja għall-Maċedonja lejn it-tmiem.

Il-Polonja li diġa’ għaddew meta rebħu l-grupp għelbu lill-Iżrael b’gowls ta’ GGRZEGORZ KRYCHOWIAK wara erba’ minuti u KRZYSZTOP PIATEK fil-54 minuta. MOANAS DABOUR skorja il-gowl ta’ gowl ta’ konsolazzjoni.

Il-Kroazja rkupraw minn ħasda wara li marru gowl minn taħt kontra s-Slovakkja permezz ta’ ROBERT BOZENIK fit-32 minuta, madankollu NIKOLA VLASIC fil-56 minuta u BRUNO PETKOVIC mas-siegħa logħob dawru l-iskor. Fis-66 minuta tkeċċa Rober Mak għas-Slovakkja biex IVAN PERISIC għamilhom 3-1 kwarta mit-tmiem.

Wales barra minn darhom għelbu lil Ażerbajġan b’gowls ta’ KIEFER MOORE wara 10 minuti u HARRU WILSON fl-34 minuta. Kif kien mistenni imma bi tbatija s-Slovenja għelbu lil Latvja 1-0. Kellu jkun ‘own goal’ ta’ IGORS TARASOVS fit-53 minuta li ta r-rebħa lis-Sloveni.