Lokali

Joseph Muscat tilef il-kredibbiltà biex jiddefendi lil Keith Schembri

Joseph Muscat ma jista’ qatt ikun kredibbli meta se jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri u kull ġurnata li Keith Schembri se jibqa’ jżomm postu hija konferma ċara li għandu saħħa ħafna aktar mill-Prim Ministru.

Meta waqqa’ l-libell li fetaħ hu stess kontra Simon Busuttil, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kkonferma li għandu x’jaħbi.

Minflok keċċieh, Joseph Muscat qed jibqa’ jagħżel li jiddefendih u minflok iħares l-interess nazzjonali qed iħares l-interessi tiegħu u taċ-Chief of Staff tiegħu.